Fil-harga tal-lum tal-gurnal ‘l-orizzont’, gie ppublikat bi prominenza rapport mhux iffirmat li jallega li waqt l-intervista li saret lill-MP Nazzjonalista, l-Avukat Franco Debono, fil-programm Xarabank ta’ nhar il-Gimgha 8 ta’ Jannar, “l-avukat zaghzugh kien imfixkel ripetutament minn prezenza ta’ xi haga jew xi hadd wara l-kwinti tas-sett tal-programm”.
It-tim ta’ Xarabank jiddikjara li din hija gidba fahxija, xejn inqas minn invenzjoni tal-gurnalist ta’ ‘l-orizzont’ li ismu mhux maghruf ghax ma giex ippublikat. Fil-hin tal-intervista mhux talli ma kien hemm hadd fil-post indikat fir-ritratt ippublikat minn ‘l-orizzont’, talli lanqas biss huwa possibli li hemmhekk ikun hemm xi hadd li jkun jidher minn fejn kien bilqieghda Dr. Debono. Dan il-ghaliex m’hemm l-ebda spazju bejn il-‘big screen’ u l-kumplament tas-sett li huma haga wahda. Ghaldqastant, assolutament ma jistax ikun veru li minn fejn kien bilqieghda Dr. Debono kien hemm xi hadd “f’passagg mudlam li jaghti ghal wara l-kwinti” u dan sempliciment ghax dan il-passagg ma jezistix.
It-tim ta’ Xarabank jiddikjara wkoll li waqt l-intervista ma’ Dr. Debono, fl-ebda parti ohra tal-istudio ma kien hemm hadd li b’xi mod ikkomunika jew seta’ jikkomunika ma’ Dr. Debono.
Il-kittieb ‘invizibli’ ta’ dan l-artiklu jghid ukoll li hu zgur li l-intenzjoni tal-istedina lil Dr. Debono f’Xarabank saret biex tinghata dehra aktar nadifa lill-Gvern. Gidba ohra fahxija. Il-gurnalist anonimu ta’ ‘l-orizzont’ missu jaf sewwa li huwa fl-interess ta’ kull min huwa gurnalist li wara dak li ghamel fil-Parlament Dr. Debono ikollu l-opportunita’ li jintervistah u jitlob minghandu twegibiet kemm fuq dak li ghamel, kif ukoll fuq l-ghala ghamel dak li ghamel. Fl-istess hin, min kiteb l-artiklu naqas li jikkwota l-iktar parti twila u ta’ sustanza tal-intervista li saret f’Xarabank lil Dr. Debono, li fiha gew elenkati sensiela ta’ issues li dwarhom Dr. Debono ikkritika lilll-Gvern.
Fir-rapport jigu kkwotati wkoll sorsi qrib il-Public Broadcasting Services, liema sorsi huma wkoll anonimi. L-unici persuni ‘invizibli’ f’din l-istorja ivvintata minn ‘l-orizzont’ mhumiex dawk li skonthom kienu f’Xarabank, imma huma dawn l-hekk imsejha sorsi u l-istess awtur tal-artiklu.
Norman Vella
Manager, Xarabank team
STQARRIJA TA' BONDI+ FUQ L-ISTESS ARTIKLU:
Naghmlu referenza ghall-artiklu mhux iffirmat li deher fuq il-faccata ta’ quddiem ta’ l-Orizzont tal-lum (11/1/10) bl-isem The Phantom of Xarabank. F’dan l-artiklu jissemmew tlett edizzjoni ta’ Bondiplus li skont dan l-artiklu kienu parti minn strategija biex taghti “palata” lill-Gvern. Il-programmi msemmija kienu ma’ dawn il-politici Nazzjonalisti li gejjin:
1. John Dalli meta kienu saru diversi allegazzjonijiet dwar l-operat tal-ministeri tieghu
2. Jeffrey Pullicino Orlando, wara l-elezzjoni, dwar il-kwistjoni tal-Mistra
3. Franco Debono, Jeffrey Pullicino Orlando u Robert Arrigo dwar il-backbench tal-PN.
Li tghid li dawn it-tliet edizzjonijiet ta’ Bondiplus taw palata lill-Gvern huwa farsesk, iktar milli gidba. L-ewwelnett, ghal granet u gimghat shah, il-mezzi tax-xandir tal-Partit Laburista poggew fil-quccata tal-ahbarijiet taghhom dak li hareg propju minn dawn l-edizzjonijiet ta’ Bondiplus u wrew siltiet twal u estensivi minnhom. Sahansitra, reklami politici tal-Partit Laburista stess xandru dak li hareg minn dawn il-programmi. L-assurdita ta’ l-allegazzjoni ta’ l-Orizzont tohrog iktar u iktar mill-fatt li kienet din il-gazzetta stess li rrappurtat bi prominenza dak li hareg minn dawn l-edizzjonijiet ta’ Bondiplus. Zgur li dan kollu ma sarx mill-Partit Laburista u mill-Orizzont biex “jaghtu palata” lill-Gvern. Ghalhekk l-allegazzjoni ta’ l-Orizzont dwar Bondiplus hi farseska iktar milli gibda.
Bhal dejjem, il-kredibilta` ta’ Bondiplus tigi biss minn dawk li jsegwuh u mhux minn xi “gurnalist” anonimu. Ghalhekk fl-ahhar sondagg tal-Media Warehouse hareg li 116,000 isegwu Bondiplus kull gimgha.