> Xarabank mill-Euro 2008... BLOG 2

mingħand Sam Dalli nhar 18 ta' Ġunju 2008

Ilbierah kienet ġurnata mportanti għal hafna nies li ġew hawn fi Zurich. Għalina kienet ġurnata twila, imma nteressanti ħafna...

 

Kull sekonda li tgħaddi waqt li qegħdin hawn inkompli nistgħaġeb kemm l-isvizzeri huma poplu minn tagħna... Dħulin kemm tridhom u jgħinuk bil-qalb kollha. Ilbieraħ filgħodu dawn l-anzjani li qed noqgħodu għandhom, preparawlna kolazzjon qabel tlaqna u poġġew ħdejna u pruvajna nagħmlu konverzazzjoni... Imma ftit li xejn jafu ngliż. Huma jitkellmu l-Germaniz... Imma aħna le... Allura biex niftehmu ħlief sinjali, taħżiż fuq il-karti, ippuntar ta' swaba mhux naghmlu. Irene, li għidtilkom iltqajna maghha l-ajruport u laqqatna ma dawn l-anzjani, ilbierah offritilna li twassalna sal-eqreb stazzjon tal-ferrovija. U filgħaxija wasslitna lura ukoll... U dawn lilna ma jafuniex... U qed jittrattawna daqshekk tajjeb... Minjaf kieku jafuna!


Filghodu lbieraħ morna ħdejn l-istadju Letzigrund fejn kellha tintlghab il-logħba Italja kontra Franza... Hemm iltqajna ma ħafna nies, l-atmosfera għal bidu ma kinitx xi waħda spettakolari... Imma kif beda joqrob il-ħin tal-partita in-nies żdiedu u l-atmosfera kibret. Min ġej liebes ta' ruman... Min tal-maskott ta' Franza... Min miksi bnadar... Kulħadd ikanta l-innijiet u jagħmel kull tip ta' storbju... Għalkemm kienet logħba mportanti ħafna nistgħu ngħidu li ma tantx kien hemm tensjoni bejn il-partitarji... Anzi, bdew jifirħu u jieħdu gost flimkien. Qrib l-istadju ltqajna ma' xi esponenti tal-midja taljana... Nhar Il-Ġimgħa waqt xarabank tkunu tafu min huma u x'għandhom xi jghidu dwar l-euro 2008.

Hemm ukoll iltqajna ma koppja li ilhom isegwu l-logħob kollu tal-Italja mil-1982... Ma tilfux logħba wahda... Kull fejn imorru l-Italja... Huma jmorru warajhom!
 

Ħdejn l-istadju kien hemm għaddej negozju kbir bil-biljetti tal-logħba... Tara hafna nies ifittxu biex jixtru biljett għal-logħoba... Kien hemm min anke beda joffri 'l fuq minn 1000 ewro għal biljett. Il-logħba segwejniha fil-ħafna fan sites differenti li hawn madwar Zurich kollu... L-entuzjazmu u l-ecitament fost Il-partitarji kien kbir ħafna... Nhar Il-ġimgħa araw Xarabank u tifhmu ahjar x'qed ngħid... Illum jien u Norman intemmu l-vjaġġ tagħna fi Zurich...

niltaqgħu

Name * Comments *
Limit is 400 characters
Email
Comment Title *
 
 
 
  Copyright © Where's Everybody?
  email: info@xarabank.com | tel: 21249200 - 27249200 | address: charles court, level 1, st.luke's road, g'mangia, malta