Wasalna Zurich lbieraħ. L-ajruplan mess l-art fil-17.30. Qegħdin jiena u Norman mit-tim ta' Xarabank. Ġejna biex insegwu x'qed jigri fl-Euro din is-sena... Ilbieraħ laghbu l-Ġermanja - rebħu. Għaddew ukoll il-Kroati lbieraħ. Illum ha nsegwu minn ser jgħaddi bejn ir-Rumanija, l-Italja u Franza... Ser tkun interessanti zgur. Ilbieraħ skantajna kif fuq l-ajruplan ma ltqajna ma ebda Malti li tiela' apposta għal-loghob. Pero hawn invazat bit-turisti bhalissa... Kull fejn thares tara gruppi ta' sapporters tat-timijiet li qed jilgħabu... Kulhadd ghaddej jifrah u jiccelebra... Anke jekk it-tim tieghu tilef. Ilbierah iltqajna ma ħafna sapporters tal-awstrija u tal-polonja, ghalkkemm tilfu xorta kienu kuntenti u baqghu jiccelebraw. Sapporter awstrijakk qalilna li għandhom bzonn lil Michael Mifsud fit-tim taghhom forsi jibdew jiskurjaw...
Minħabba n-numru kbir ta' turisti li hawn kellna problema kbira biex insibu fejn noqghodu. Tlajna hawn, Zurich, minghajr post fejn norqdu. Imma ma stajnix ma nigux nirrapurtaw avveniment bhal dan... Ħarisna lejha bħalha avventura ġdida - ma' Xarabank l-avventuri huma kontinwi!! Għalkemm avventura xorta nippreferu saqaf fuq rasna... Kemm habba fina u aktar habba l-apparat li għandna maghna. Allura kif inzilna mill-ajruplan bdejna nfittxu ftit fejn nistgħu noqgħodu... Ghal-jumejn.... Xejn... Kullimkien mimli!! Sibna 'information desk' u hemmhek iltqajna ma' Irene. Persuna helwa hafna li ghalkemm ma tafniex pruvat tgħinna kemm setgħet. Jista' jkun ghax Maltin għenitna daqshekk... Għax tkellmet b'ħafna entuzjazmu dwar Malta.
Lukandi... Guest houses... Ma sibna xejn. Bqajna nfittxu... Irene ħarget bl-idea li noqgħodu għand I'll-ġirien tagħha... Bi ftit flus... Għalina tajjeb - l-aqwa li jkollna fejn noqgħodu!! U hekk għamilna.... Irene ċemplet lil wieħed Philip tat-taxi... Li issa sar ix-xufier taghna, dan wassalna ghand din I'll-koppja, anzjani, ġirien ta' irene. Laqgħuna hafna... U bhalissa qeghdin hawn għandhom... Qed nippreparaw biex inmorru naraw x'qed jiġri ħdejn l-istadium fejn illejla ser jiltaqghu l-Italja u Franza...