> Preparamenti għall-Eurovision

mingħand Sam nhar It-Tnejn, 12 ta' Mejju 2008

It-tim ta' Xarabank bħalissa għaddejjin naħdmu u nippreparaw biex it-Tnejn li ġej crew ta' madwar 12-il persuna nitilqu vjaġġ lejn is-Serbja nsegwu dak li jkun qed jiġri minn Morena u l-Eurovision. Uħud minnha qed jagħmlu kuntatti ma' nies li ser nitlaqgħu magħhom hemmhekk, oħrajn qed nippreparaw l-apparat li ser intellgħu magħna... Għalina kollha li ser inkunu xogħol hemmhekk din m'ijhiex l-ewwel esperjenza ta' xogħol ma' Xarabank barra minn Malta, ħafna minnha ġieli ukoll għaddew mill-esperjenza tal-Eurovision ma' Xarabank. Pero' għal tnejn minnha, jiena u Rebekah, din hija l-ewwel esperjenza tal-Eurovision ma' Xarabank - It-tnejn li aħna eċitati ħafna u qed inħarsu l-quddiem lejn din l-esperjenza bħala waħda li ser tlaqqana ma' nies ġodda u li ser tkun esperjenza li zgur ser tgħinna fil-karriera tagħna... Xi membri mit-tim ta' Xarabank ser jibqgħu jaħdmu minn hawn Malta, f'kuntatt magħna biex il-Ġimgħa, lejliet il-finali tal-Eurovision ikollna programm live mis-Serbia u live minn Malta.... Kif inkunu hemmhekk, żgur li nibqgħu inżommukom aġġornati kuljum xi jkun għaddej minnu t-tim ta' Xarabank u bla dubju Morena... biex l-esperjenza li nkunu qed ngħixu aħna tkunu tistgħu tgawduha intom ukoll - ħallu f'idejna.

Name * Comments *
Limit is 400 characters
Email
Comment Title *
 
 
 
  Copyright © Where's Everybody?
  email: info@xarabank.com | tel: 21249200 - 27249200 | address: charles court, level 1, st.luke's road, g'mangia, malta