> Wara l-programm ta' qabel il-Eurovision u wara tar-reati sesswali...
mingħand Peppi nhar It-Tnejn, 12 ta' Mejju 2008
"Peppi, Jien ma naqbilx li jkun hemm reġistru għax jien waħda li għaddejt min dan fil-familja u biex nipproteġi t-tfal ma rridx li isem missierhom ikun fuq reġistru. Aħjar tawh il-kura milli ħabs biss! Vera li min għandu t-tfal irid jipproteġihom minn dawn imma dawn mhux fir-reġistru qegħdin imma fejn l-inqas tistenna jew tissuspetta li se ssibhom. Tgħallem kemm tgħallem lit-tfal qatt ma tista' sserraħ rasek qatt. Tiegħi mgħallmin kienu u xorta għaddew minnha. Aħjar isir xi programm bl-esperjenzi ta' min ġarrab għax dawk ikunu jafu x'qed jgħidu. Ħadd mhu se jiġi fil-programm speċjalment jekk ikun fil-familja imma l-esperjenza tagħhom tiftaħ għajnejn in-nies sew tista'.
Imġarrba"
Din kienet persuna fil-forum li laqtitni. Insewgi dak li qed jiġri fil-forum ghax nitgħallem. Hawn fuq għandna lil xi ħadd li jidher li għadda minnha. Dawk kollha li jaqblu mar-reġistru ta' reati sesswali għandhom jifhmu li dawn il-persuni ikollhom it-tfal, il-ġenituri tagħhom, lil ħuthom. Li tkun tifel jew tifla u tmur l-iskola b’isem missirek jiġri ma’ kullimkien li hu pedofelu, dan mhux abbuż fuq dawn l-istess tfal? L-iskandlu f'dan il-pajjiż huwa li għadna Aġenzija Appoġġ li tagħmel xogħol tajjeb ħafna li għandha għajnuna għal kullħadd inkluż per eżempju dawk li jsawtu lil partner tagħhom - u m'għadniex għajnuna għal dawk li għandhom dawn ix-xewqat li jekk iċedu għalihom ikunu ta periklu kbir għal uliedna.
Għawdex kemm ħadna gost. Il-folla li ħonqot it-teatru Astra mimljija enerġija anke meta kienu ilhom għadejjin 3 siegħat. Lil Morena jħobbuha u bir-raġun. Morena tgħamilha ċara li sejra biex tagħti performance tajba u l-bqija tħallih f'idejn il-Bambin. Din attitudni li togħġobni li qatt ma rajtha qawwija daqshekk fost kantanti ohra. Qaltli li għandha żewġ ilbiesi lesti għall-final. Waħda biex tilbes għal fuq il-palk jekk tgħaddi u l-oħra biex jekk ma tgħaddix tmur fis-sala ssegwi l-festival u tibbażja ma' dawk li għaddew. L-akbar sponsor ta’ Morena huwa Ġesu' Kristu. U ma tgħidiex biex timpressjonha imma għax temminha. Sirt naf ukoll li Morena tagħmel ħafna xoghol maż-żgħażagħ.
Meta ltqajt ma' Gerald James Borg biex nippreparaw għall-programm ta' qabel il-Eurovision minn Għawdex rajtu jirrabja għall-ewwel darba f’ħajti.
Staqsejtu "Allura x'messaġġ fiha din id-diska Vodka?"
Ħraqtu.
Qalli "Mela llum id-diski jkun fihom bilfors messaġġ. Din l-idea li aħna niktbu s-songs għax naħsbu li twelidna biex inbiddlu id-dinja m'għadiex teżisti. Din song biex in-nies jieħdu pjaċir jisimgħu u jħossu li jridu."
Nahseb li Gerald għandu raġun. Hawn Malta għadna mkaħħlin li ktieb, programm tat-televixin jew radju jrid jgħallem, irid ikollu messaġġ. Frankament inħares lejn din l-atitudni bħala arroganza ta’ min jaħseb li huwa moralment ‘il fuq mill-oħrajn u jrid jgħallimna kif għandna ngħixu.
Hafna nies jgħiduli li fl-aħħar Xarabank għandu jkollu konklużjoni, xi ħadd jgħid x'inhi l-verita'. Fil-blog li jmiss ngħidilkom għala naħseb li jekk nagħmlu hekk inkunu qed noqtlu lil Xarabank...
niltaqgħu,
Peppi
xarabank ghandux bzonn konkluzioni
soory peppi imma ma naqbilx ma dik li qeghdt fuq jekk xarabank ghandux ikollu konkluzioni ghaliex jistgha jkun li xi nies jitfixklu fuq x tista tkun il- verite
mingħand: amy
07-06-2008 16:47:23
Interest Story
Interest story!
mingħand: Vundiliver
01-06-2008 01:45:55
Gerard jitkellem kif jaqbillu
Sorry gerard u anke peppi imma ma naqbilx makom, il-kummenti li ghadda Gerard huma patetici ghax kieku ikollu xi song b'mesagg zgur mhux forsi li jdawwar kliemu. Dejjem l-istess dan nies ma jinbidlu qatt! nixtieq naddi sugeriment lill-Board biex inehhu il-manipolju li hawn f'dal pajjiz u li qatt ma wasalna imkien, li biex minn jirbah is-sena ta qabel ma jkunx jista jippartecipa is-sena ta wara 10X
mingħand: daniel
19-05-2008 04:15:34
Sandro Vella
Niehu gost hafna li Gerald James Borg jirbah ta' spiss il-festival. Bil-kliem li ghadu kemm qal ma haqqux ahjar minn hekk.
Jigifieri John Lennon ghalik kien arroganti?
Dante, Virgilio, Giacomo Leopardi, Nikola Tesla, Enzo Biagi, Montanelli, Pasolini, ghalik huma arroganti?
L-izjed nies arroganti li jghallmuna kif ghandna nghixu huwa l-isponsor self-appointed ta' l-isponsor ta' Morena.
mingħand: Sandro Vella
14-05-2008 22:46:27
program on sexual abuse
f400 kelma ma nistax nghid xhassejt wara labuz li ghaddejt minnu pero issa ghelibt lisfida li kelli.nahseb tajjeb isir program fuq lafter feelings ta tfal/adulti abbuzati ax jistaw ikunu mohbija go persna u jaffetwawa fkull mod inkonxement.tajjeb li nitkelmu bhal ma amilt wara 21sena.mhux facli.prosit tal programmi kollha.ma nghix malta atar imma xorta narah god blessx
mingħand: Lauraaine
12-05-2008 22:06:01
Insurence in Malta
Jien nixtieq li isir programm fuq l Insurance tal karozza especjalment meta ikollok accident fejn int ma ghandekx tort imma min taghak id-daqqa jitfak wrong side u tispicca tiehu it -tort int tispicca bla karozza jekk tigi total lost u la tiskantax li ghax inti third party l-insurance tieghek taqbes ghal l-insurance l-ohra flok ghalik dak li ghaddeja minnu jien bhalissa grazzi