Fl-Aħbarijiet skoprejt li fin-Naxxar instab garaxx bl-ispussivi faċċata ta' pompa tal-petrol. Niftakar meta konna qed nagħmlu l-programm Xarabank tan-Naxxar, kellna informazzjoni taħraq ħafna f'idejna u kellna dilemma jekk għandniex nagħmluha pubblika jew nagħdduhix għand il-Pulizija. It-tentazzjoni tkun li tagħmilha pubblika għax ngħidulha tkun good television. Imma ħsibna li kienet aktar tfixkel l-investigazzjoni tal-Pulizija milli tgħin. Fil-programm għaddejt l-informazzjoni lill-Kummisarju tal-Pulizija li minn naħa tiegħu investiga l-informazzjoni. Inħossni sodisfatt li Xarabank għen u se jkompli jgħin lill-pulizija biex diversi familji ma jibqgħux reqdin fuq bomba tal-ħin bla ma jkunu jafu.
Ibni Xandru segwa l-programm tad-droga. Għandu 10 snin. Wara l-programm ħaseb li se nġib id-droga li wera l-Ispettur id-dar biex nurihielu. Spjegajtlu iżda hu nsista li ried imissha. Qalli "Irrid imissha biex meta nikber ma mmissiex zgur". Din fakkritni f’mara li ġiet 8 snin ilu fi programm ieħor tad-droga. Kienet miżżewġa raġel għal 8 snin u ma kienitx taf li kien qed jabbuża mid-droga u kien addict. Żewġha ħa l-għajnuna bis-sapport tagħha u dak iż-żmien meta ltqajna' kien ilu clean xi 3 snin. Staqsejtha fil-programm jekk għadiex tafdah kif kienet tagħmel qabel ma ndunat. Wieġbet hekk: "Qabel kont nafdah b’għajnejja magħluqa. Issa nafdah b’għajnejja miftuħa”.
Xarabank tal-Imitaturi ħadt gost ħafna nagħmlu. Wara żewġ programmi tqal dwar id-droga jkollok bżonn wieħed ħafif hekk. Ħassejt li kien hemm ħafna talent u kont impressjonat bil-mijiet ta' nies li ħonqu l-Pjazza tan-Nadur u ma ċċaqalqux minn hemm qabel spiċċa. Veru ħadna gost.
Nhar il-Ħamis għadna ir-recording tal-programm ta' Morena - qabel titla' għall-Eurovision. Ser nagħmluh fit-Teatru Astra, minn Għawdex. Is-sala tesa l' fuq minn 1,000 ruħ. Naħseb se tkun esperjenza oħra sabiħa. Għalija Morena hija karattru misterjuż li nixtieq li niskopri fil-programm. Għandna niltaqgħu magħha u mal-familja tagħha nhar l-Erbgħa f’Għawdex. Illum iltqajt ma' Gerald li qalli sigriet ħelu fuq x'se tilbes Morena. Se nħallikom bil-kurżita biex taraw il-programm.
Niltaqgħu...
Peppi
l'abbuz
Ikun ahjar li inqumu mir raqda u njfmu ezatt xinhu abbuz, it tfal maltin jigu abbuzati bmod regolari u dan ghaliex mhawnx listrutturi sabiex wiehed jikontrolla il postijiet fejn jattendu bhal dawn nista insemmi liskejjel, il football nurseries u postijiet ohra fejn it tfal jispiccaw gugarelli ta l'adulti il partiti politici ghandom tort kbir fdan kollu il maltin iridu ikunu izjed kuragguzi