> Ftit jiem wara l-programm tad-Drogi...

mingħand Peppi nhar it-Tlieta, 29 ta' April 2008

Għadni ma nistax noħroġ mill-programm tad-drogi. Xhur sħaħ niltaqa' ma' persuni mkissrin. Inħares lejn ibni Xandru ta' 10 snin u ngħid ..sena ohra dan it-tifel jista' jibda jieħu d-droga? Kellna wisq li bdew ta' 11 jew 12-il sena.

Qed nirċievi ħafna e-mails u messaġġi jinsistu magħna li mhux sewwa nagħtu l-impressjoni li min jieħu joint huwa jew se jispiċċa junky. Minkejja dak li għaddejna minnu f'dawn ix-xhur għandi tendenza li naqbel ma' dawn il-ħafna persuni li qed jiktbu. Bħalissa qed niltaqgħu ma' ħafna minnhom biex nagħmlu programm li jitratta l-MARIJUANA biss u l-mistoqsija - Id-Droga Għadha Tkun Legali?

Ilbieraħ kellna kuntatt mal-familja li qed tallega fuq il-malta today li binhom li kien arrestat kien imsawwat u maqtul. Din xi ħaġa serja u jekk tirriżulta li hi vera, jaqbadni panik għax nibda nibża li reġa sejrin lura lejn żmien li meta kont tkun arrestat kont tissawwat brutalment mill-pulizija. Bħala Xarabank qed insegwu l-istorja, nippruvaw nistabilixxu l-verita' għax anqas hu sewwa li jekk mhux veru jitħamġu l-pulizija, IŻDA jekk hemm imqar ħjiel ta' verita', għal Xarabank serja ħafna u se jieħu azzjoni dwarha...

La qed nitkellmu fuq it-tortura tal-pulizija, temmnu jekk ngħidilkom li Anthony Mifsud li kien torturat u msawwat fid-depot, bla ħniena, li kien iffremjat li ħarrab żewġ ħabsin oħra, wara aktar minn 20 sena għadu jistenna li tinqata l-kawża tiegħu? Xarabank ilu mill-bidu tiegħu isegwi din l-istorja u baqa' ma' Anthony Mifsud jinsisti li ssir ġustizzja. Qabel issir ġustizzja Xarabank mhux se jiskot.

Nhar il-Ħamis ser tiżżewweġ Andrea Cassar ma' Waren. Andrea ta' BUGZ, personalita' kariżmatika bi stil frisk. Andrea bdiet ma' Xarabank u llum flimkien ma' Warren li kien id-direttur ta' Xarabank, jaħdmu programmi għat-televixin. Warren u Andrea żewġ karattri differenti iżda jikkumplimentaw lil xulxin....minn qalbi nawguralhom dak kollu li jixtiequ, għax hekk ħaqqhom.

niltaqgħu....
Peppi

Name * Comments *
Limit is 400 characters
Email
Comment Title *
 
 
 
  Copyright © Where's Everybody?
  email: info@xarabank.com | tel: 21249200 - 27249200 | address: charles court, level 1, st.luke's road, g'mangia, malta