Kemm fadal? illum x'inhu? maaa jumejn oħra... ċempiltlu? irċivejtha l-email? il-panel, is-sett, l-istudjo, l-udjenza, it-trasport, il-features, fix wasalna? Televoting, kollox ok?
...dawn huma ftit mill-ħafna kliem li nisma jtanbar f'widnejja ta kull ġimgħa minni stess jew minn ħaddieħor, u speċjalment fl-ewwel ġimgħa iktar u iktar mis-soltu.
Issa ilni ma' Xarabank 6 snin, drajt mhux ħażin, imma l-ewwel programm wara s-sajf xorta jġib miegħu ċertu eċitament. U x'sajf dak! Sajf li tar... dan is-sajf iddeċidejt li kemm jista' jkun inqatta' aktar ħin Malta... u ppruvajt inkun turist f'pajjiżi stess... u ħa ngħidlek imn'Alla għamilt hekk ta għax kien hemm diversi postijiet Malta u Għawdex li qatt ma kont mort... eee u wara xi 8 snin erġajt mort Kemmuna. Kont insejt il-kulur tal-baħar li hemm!
Insomma malajr ġie Settembru u l-ewwel xita u erġajt dħalt ix-xogħol. Domt ġimgħa biex nerġa' nirranka imma Xarabank għandu l-maġija li jtik l-enerġija u l-kreattivita li jkollok bżonn biex flimkien mat-tim kollu nkomplu nipproduċu programmi....
daqshekk se jkolli mmur... xi ħadd qed jgħajjatli... isimgħu: "isma sal-istudio... ċempiltlu? il-panel ok?... "