> Ix-Xarabank... wasal

mingħand Peppi nhar L-Erbgħa, 1 ta' Ottubru, 2008

Fadal ftit jiem biex jerġa' jibda Xarabank. Jaqbadni tferfir qisni għadni nibda nagħmel Xarabank l-ewwel darba. Nibża' li jasal il-Ġimgħa u fl-istess nifs nixtiequ jasal. Taħwida u taqida sħiħa. Nixtieq li jasal u nixtieq li jibqa' l-bogħod. Ħafna jaħsbu li qed nesaġera. Ma jemmnunix meta ngħid li nkun eċitat. Ma tridx tarani kif inkun qabel kull programm, aħseb u ara qabel l-ewwel programm tas-sensiela. Nibda nippassiġġa l'hemm u l'hawn, nerġa' naqra n-noti, nitkellem mat-tim, inċempel lill-konsulenti privati tiegħi, nerġa' nippassiġġa, nieħu nifsijiet twal.

Ħafna ma jemmnunix aktar meta ngħid li jien bniedem mistħi ħafna. Mistħi sakemm ma jkollix kamera quddiemi. Imbagħad insir bniedem ieħor. Imma lb-qija jekk niltaqa' ma' xi ħadd ma nafux jew immur tieġ jew festin nistħi nitħallat, ma nkunx naf kif inġib ruħi u nitgerfex. It-televixin jagħti stampa mhux reali tal-persuni li jidhru fuqu. Jiena nidher kunfidenti, ma nistħix u anke supperv. Hekk jgħiduli meta jiltaqgħu miegħi in-nies; "Kemm kont naħsbek supperv!" jew "Kemm kont nagħmlek nervuż u taqbiżlek malajr" u "Kemm kont naħsbek imkabbar." Supperv u mkabbar m'humiex fid-DNA tiegħi. Qatt ma kienu. Missieri għallimni lezzjoni mportanti; "Ibni aktar ma togħla fil-ħajja, aktar tieħu tisbita kbira". Il-motto tiegħi huwa "Żomm saqajk dejjem mal-art, imma ċaqlaqhom".

Nemmen ħafna li s-sigriet tas-suċċess jiġi biss minn ħaġa waħda, li tissogra u tkun lest li ma tirnexxix. Titgħallem tfalli u tqum iżjed b'saħħtek.

Dak kollox għallum, niltaqgħu nhar il-Ġimgħa ħbieb

Peppi

Name * Comments *
Limit is 400 characters
Email
Comment Title *
I BELIEVE MORE IN YOU THAN BEFORE.
Hi Peppi,I learned to understand you more,not because i was wrong or right,but because i had to understand that sometimes you have pressure,so i could not unerstand,today i do understand,and yesterday you where great.Peppi you have a gift,so use it always good,the more you use it good,the more doors will always open for you.tressures always what your parents taught you.THANKS.MIRIAM..
mingħand: miriam 11-10-2008 11:28:15
Divorce program
How come, priests can just leave the church, and get married, and They who do the rules are the first to break them. Then they want to tell us not to get the divorce !!!!! How selfish can they be !!! Regards M’Scala
mingħand: mario bianco 10-10-2008 21:13:20
proset it team ta xarabank
wellcome back to xarabank 2008-2009. i allways lookind foward every fridays to watch xarabank i find it very interested ,i wish this schedule to have a new programs, like new ideas . good luck for the whole team regards vince parnis
mingħand: vince parnis 06-10-2008 23:10:48
welcome back xarabank !!!
Hi all I'm really glad that xarabank is back !! We are all looking forward at home to watch it !! Keep it up with the graat work you do guys .... you have all our support !!!
mingħand: ingrid muscat 03-10-2008 20:46:57
Awguri
Awguri ghal xarabank.Jien nghid id dritt namlek nervuz hafna u supperf pero veru ma tistax tikundanah il dak li jkun ax jin fuq tv biss narak u jek tista bix ma tidhirx ek prova kun kalm fil prog u fil pannel ghati cans il kulhad listes mux wiehed jitkellem iktar min ihor.Opinjoni tieghi.I'm looking forward li narah ax nhobb it talkshows pero meta jkun fuq politka ma narahx ax xbajna bil politka!
mingħand: Gladys 02-10-2008 23:06:16
il-hidma t-tajba...
Ghogobni l-motto tieghek Pepp ;) M'ghandix ghalfejn nghidlek biex tirrilassa ghax dejjem tajtna xoghol tajjeb. Nawguralek ghal-sena ohra ta' Xarabank, bla dubju ta' success bhal dejjem; lilek u lil crew kollu.
mingħand: Ganna 01-10-2008 17:27:50
 
 
 
  Copyright © Where's Everybody?
  email: info@xarabank.com | tel: 21249200 - 27249200 | address: charles court, level 1, st.luke's road, g'mangia, malta